Delegazzjoni Maltija żżur l-Iran wara li tneħħew is-sanzjonijet

Delegazzjoni mmexxija mill-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi żaret l-Iran hekk kif id-delegazzjoni Maltija kienet l-ewwel waħda li żaret dan wara li tneħħew is-sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea.
Saru taħdidiet mal-Ministru Iranjan responsabbli mit-trasport, ix-xogħol u l-esplorazzjoni taż-żejt filwaqt li kien hemm laqgħat ma’ operaturi tal-vapuri biex dawn jerġgħu jibdew jużaw is-servizzi marittimi f’Malta.
Id-delegazzjoni Maltija attendiet ukoll għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 anniversaju mit-twaqqif ta’ kumpanija Iranjana li topera fit-trasport taż-żejt u li hija waħda mill-ikbar operaturi f’dan is-settur madwar id-dinja.
Il-Ministru Joe Mizzi ppropona ftehim bilaterali fil-qasam marttimu u aktar koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.