Delegazzjoni Maltija għall-Kungress Dinji dwar il-Familja

Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need (Malta) se tattendi għall-Kungress Dinji dwar il-Familja li se jsir fl-Irlanda bejn il-21 u s-26 ta’ dan ix-xahar.

Id-Delegazzjoni hi ffurmata minn Dr Guido Pace Spadaro, Chairman tal-Bord, flimkien mas-Sur Stephen Axisa, Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Malta). Id-Delegazzjoni tal-Aid to the  Church in Need (Malta) ġiet mistiedna minn Dr Michael Kinsella, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (l-Irlanda).

Il-Papa Franġisku mistenni jattendi l-WMOF 2018 matul iż-żjara tiegħu fl-Irlanda. Se jattendu wkoll Dr Thomas Heine-Geldern, President Internazzjonali tal-Aid to the Church in Need (International) u d-Diretturi Nazzjonali tal-Filippini u l-Brażil, fost oħrajn.

L-Aid to the Church in Need (l-Irlanda) se tisponsorja delegazzjoni mill-Afrika u mir-Russja. Il-Catholic Radio Television Network (CRTN) tal-Aid to the Church in Need (International) se jittrażmetti l-Kungress.

Fr Werenfried van Straaten, il-Fundatur tal-Aid to the Church in Need, fil-laqgħat u kungressi li kien jattendi dwar iż-żwieġ u l-familja, dehru ċari f’qalbu d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-familji, fihom kien jara l-aspetti ġodda tal-Knisja.

Il-ħidma pastorali, umanitarja u dik soċjali b’risq il-familji li wettaq Fr Werenfried qed titkompla mill-Aid to the Church in Need bl-istess dedikazzjoni u entużjażmu tiegħu, tant li l-Aid to the Church in Need hija waħda mill-isponsers tal-Kungress Dinji dwar il-Familja (WMOF 2018).