Delegazzjoni Ġermaniża se żżur is-Sea Watch f’Malta

Id-delegazzjoni soċjo-demokratika Ġermaniża se tkun qed iżżur lill-bastiment Sea Watch 3 f’Malta nhar l-Erbgħa biex tanalizza x’inhi s-sitwazzjoni. Il-membri parlamentari Ġermaniżi, skont stqarrija maħruġa mill-bastiment Sea Watch qalet li huma mħassba dwar iċ-ċirkustanzi li qiegħed fih il-bastiment ta’ organizazzjoni mhux governattiva Ġermaniża.

Tul iż-żjara tagħhom, id-delegazzjoni bi ħsiebha li żżur il-qabar tal-massa li hemm f’Raħal Ġdid kif ukoll tiltaqa’ ma’ dawk li ħelsuha minn ħalq il-mewt waqt l-aħħar missjoni ta’ salvataġġ imwettqa minn Mission Lifeline. Id-delegazzjoni se tkun qed tiltaqa’ u tiddiskuti s-sitwazzjoni kurrenti mal-ekwipaġġ tal-bastiment Sea Watch.