Delegat jagħti fastidju lil atleta tal-logħob tal-Commonwealth

Il-Pulizija Awstraljana qalet li qed tinvestiga akkużi ta’ “fastidju indiċenti” minn delegat fuq atleta waqt il-logħob tal-Commonwealth.
Il-midja Awstraljana rrappurtat li l-allegat vittma hija atleta li qed tipparteċipa fil-logħob filwaqt li l-aggressur ġej minn Mauritius.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni tal-logħob tal-Commonwealth, David Grevember qal li atti bħal dawn mhux se jkunu ttollerati. Sostna li l-allegazzjonijiet qajmu tħassib kbir minħabba li jtappnu l-integrità tal-avveniment.
Il-logħob tal-Commonwealth mistennija jibdew uffiċjalment illum, fejn se jkunu qed jikkompetu aktar minn 4,500 atleta minn 71 pajjiż u territorji differenti.