Dele Alli mejjet fis-sakra f’Mykonos

Il-plejer Nazzjonali Ingliż Dele Alli deher jaqa’ fuq sunbed waqt btala mas-sieħba tiegħu f’Mykonos. Alli li għad għandu 23 sena deher jixrob kemm jiflaħ f’xemx taqli l-ankri. Il-gwardjani li kienu fuq il-post kellhom joħorġuh ‘l barra minn fejn kien.

Is-sieħba Ruby Mae ta’ 25 sena kellha ċċempel għall-għajnuna biex jieħduh ‘l barra. Il-koppja kienu qed jiċċelebraw għeluq snin Ruby waqt btala romantika fuq il-gżira Griega Mykonos.

Alli daqt ikollu jmur lura għall-ħajja normali minħabba li t-training ta’ Spurs mistenni jerġa’ jibda fil-15 ta’ Lulju.