Del Piero jitlef kontra l-Juventus

Ingħatat l-aħħar tislima lill-eks plejer u idolu tal-Juventini Alex Del Piero, fil-logħba ta’ ħbiberija f’Sydney fl-Awstralja.

Del Piero lagħab bin-numru 10, hekk kif kien xieraq, mat-tim All Stars Awstraljan kontra t-tim ta’ Juventus.

Kien it-tim ta’ Del Piero li mar fil-vantaġġ wara 9 minuti minn gowl ta’ Carrusca.

Juventus ġabu d-dro fit-58 minuta, wara li Llorente rċieva mingħand l-akkwist ġdid Juventin Evra.

L-Awstraljani reġgħu marru fil-vantaġġ fis-76 minuta permezz ta’ Juric.

Fl-aħħar minuti Juventus ġabu d-dro u saħansitra marru fil-vantaġġ permezz ta’ Pogba u Pepe.

Juventus ħarġu rebbieħa imma l-ispettaturi preżenti kollha qamu bil-wieqfa u selmu bil-qalb lil Pinturicchio, kif kien magħruf Del Piero, li sa sentejn ilu kien jilbes il-flokk bianconero.

Il-gowlkiper Juventin Buffon, li lagħab għal bosta snin ma’ Del Piero, iddeskrivih bħala simbolu Juventin għal dejjem.