Del Piero biċ-ċans li jiret in-numru 10 ta’ Puskas

Huma ħafna dawk il-plejers leġġendarji ta' kull zmien li għażlu n-numru 10 li hu meqjus bħala n-numru perfett.
Lista twila li fost l-oħrajn tara lil Pelè, Maradona, Owen, Kaka, Ronaldinho, Messi, Rooney, Neymar, Puskas u Del Piero.
L-aħħar tnejn li semmejna hemm ċans li jkun hemm rabta bejniethom.
Wara li Del Piero lagħab bin-numru 10 għal 19-il sena ma' Juventus (1993-2012) u sentejn Sydney (2012-2014), issa se jilbes l-istess numru mat-tim Ungeriż ta' Honved.
Honved kienu rtiraw dan in-numru li kien intuża mill-plejer leġendarju Ferenc Puskas bejn l-1943 u l-1956, qabel ma ngħaqad ma' Real Madrid.
Id-Direttur Ġenerali ta' Honved Fabio Cordella jinsab fiduċjuż li l-akkwist ta' Del Piero se jagħti tamiet sbieħ lil dan it-tim Ungeriż.
Cordella qal ukoll li dan it-tim li kellu l-unur li kellu lil Puskas, issa se jkollu stilla oħra bl-isem ta' Alex Del Piero.