Dekorazzjonijiet tal-Milied bit-tyres, pallets u injam

18-il impjegat minn diversi dipartimenti tal-Freeport ħolqu dekorazzjonijiet tal-Milied billi rriċiklaw diversi affarijiet li s-soltu jintremew. 
Dawn kienu jinkludu tyres, pallets, injam u forom oħra ta’ skart. Huma ħolqu siġra tal-Milied, borrinu u s-slitta għal Santa Klaws. Dawn tpoġġew għall-wiri fejn il-ħruġ pedonali.
L-impjegati ħadu sehem ukoll f’attività ta’ tindif li saret f’Birżebbuġa fl-inħawi tal-Freeport.
F'dawn il-jiem, il-Freeport ta erba' kompjuters lill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa, li se jintużaw fil-librerija kif ukoll fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum.