Dekkuk fil-Forn

Riċetta ta' Karmen Tedesco
Temperatura tal-forn 180C, 350F, Marka tal-gass 4
Ingredjenti:

  • 75gr dekkuk (millet)
  • Mgħarfa żejt taż-żebbuġa
  • 2 basliet
  • 200gr faqqiegħ
  • 200gr qarabagħli
  • 400gr qlub tal-qaqoċċ
  • Sinna tewm
  • 2 mgħaref żerriegħa tal-qaraħmar
  • 2 mgħaref tursin
  • 2 bajdiet
  • 2 mgħaref ħalib xkumat
  • Mgħarfa ġobon maħkuk
  • Dixx tal-forn

Metodu:
1.    Sajjar id-dekkuk ġol-misħun jagħli għall-30 minuta . Qattar l-ilma minn ġo passatur.
2.    Imsaħ il-faqqiegħ, poġġieħ ġo tagen biż-żejt taż-żebbuġa flimkien mal-basal u l-qarabagħli sakemm jirtabu.
3.    Neħħiħ minn fuq in-nar u miegħu ħallat id-dekkuk flimkien mat-tursin imqatta‘
4.    Żid il-qlub tal-qaqoċċ flimkien mat-tewm u ż-żerriegħa tal-qaraħmar u sajjar għall ftit minuti oħra. ħalliħ jiksaħ.
5.    Ġo kazzola ħallat flimkien il-bajd u l-ħalib.
6.    Ħallat din it-taħlita mat-taħlita tal-ħaxix u d-dekkuk flimkien mal-ġobon.
7.    Poġġi t-taħlita ġo dixx .
8.    Sajjar ġo forn li tkun saħħant minn qabel għall 35 – 40 minuta. Servi
Segwi aktar riċetti fuq il-programm Ta' Kulħadd ma' Christine Delicata kuljum bejn id-9am u nofsinhar u l-programm Insellimlek ma' Sonia Young kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm fuq RTK