Dejjem xtaqt li niltaqa’ mal-Familja Rjali, imma mhux hekk

Omm ta’ tnejn spiċċat biex kisret il-polz wara li kienet involuta f’ħabta bil-karozza mal-Prinċep Philip. L-omm qalet li hi tammira l-Familja Rjali iżda baqgħet sorpriża hekk kif wara dan l-inċident baqgħet ma rċeviet l-ebda skuża mingħandhom. Hi tenniet li kellhom xorti baqgħu ħajjin.

Il-mara ta’ 46 sena spjegat kif kienet passiġġiera fil-karozza li kienet involuta fil-ħabta u qalet li meta ġara l-inċident ma setgħatx tieqaf twerżaq. Hija kienet ma ħabiba tagħha li kellha magħha wkoll tarbija ta’ 9 xhur.

Wara l-inċident, il-Prinċep sarlu eżami tal-għajnejn u reġa’ lura fit-triq f’inqas minn 48 siegħa wara. Hu deher f’karozza ġdida, isuq, liebes nuċċali skur u mingħajr iċ-ċintorin tas-sigurtà .