Dejjem torqod bl-istess piġama?

L-irġiel jitfgħu l-piġama għall-ħasil kull ġimagħtejn, filwaqt li n-nisa jitfgħuha wara 17-il ġurnata.
Dan ħareġ minn studju li sar fir-Renju Unit fost 2,400 koppja li għandhom bejn it-18 u t-30 sena.
L-aktar skuża popolari fost in-nisa kienet li ma jilbsux l-istess piġama, ġurnata wara l-oħra, u għaldaqstant jinsew kemm ikunu ilhom jilbsu l-istess waħda.
Aktar min-nofs in-nisa jargumentaw li l-piġama jilbsuha biss għal ftit sigħat kull lejl u għalhekk ma jħossux li għandhom joqogħdu jaħsluha ta’ spiss.
L-irġiel kienu pronti li jwaħħlu fin-nisa tagħhom, bi 73% jgħidu li huma ma jaħslux u jilbsu li jsibu.
Esperti tal-iġjene wissew li min jilbes il-piġama għal numru ta’ jiem jista’ jlaqqat infezzjonijiet fil-ġilda, infjammazzjonijiet u saħansitra MRSA.
Iwissu li l-piġama għandha tinħasel minimu ta’ darba fil-ġimgħa. Jgħidu li jekk taħsel il-piġama wara tul ta’ żmien, uħud mill-mikrobi li jkollha jibqgħu hemm.