Awguri lil attriċi Tania Bartolo u lil żdewġha Joe fis-27 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Huma kienu żżewġu fil-Knisja taż-Żurrieq nhar l-10 ta’ Diċembru tal-1993.
Huma ltaqgħu f’diskoteka u damu tlett snin għarajjes qabel għamlu l-pass fejn wegħdu mħabbithom lil xulxin

“Kellna inżul u tlugħ f’dawn aħħar snin imma dejjem kont hemm quddiemi għal kull ħaġa li kelli bżonn u dejjem sibt kuraġġ minn għandek. Dejjem sibtek ta’ kuraġġ. Int bniedem b’qalb tad deheb. Inħobbok u ngħidlek grazzi ta’ kollox,” kitbet Tania f’messaġġ lil Joe għal din l-okkażjoni.

Bartolo hi magħrufa għas-sehem tagħha f’għadd ta’ sensiliet oħra fuq it-televiżjoni fosthom Rubini, Ħażen u Mrar kif ukoll Santa Monika.
Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Joe u lil Tania għal aktar snin ta’ mħabba.