“Dejjem se nibqgħu nħobbuk” – qraba taż-żagħżugħ li miet b’xokk

Qraba taż-żagħżugħ li lbieraħ miet b’xokk waqt li kien fuq xogħol qalu li dejjem se jibqgħu jħobbuh.

Martin Kalincev, Maċedonjan ta’ 28 sena, kien fuq xogħol f’Ħ’Attard ilbieraħ meta ħa xokk li swielu ħajtu.

Aqra: Aġġornata: Imut ir-raġel li ħa xokk f’Ħ’Attard

Fuq Facebook, qraba tiegħu sejħulu s-supereroj u l-blata tagħhom. Qalu li kien joffrilhom post sigur, u li m’hemmx biżżejjed kliem biex jesprimu din it-telfa xi tfisser għalihom.

Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.