“Dejjem kont tqum bi tbissima” – messaġġ f’għeluq il-25 sena ta’ din il-kantanta

Il-kantanta Yazmin Helledie li rajna fit-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta bħala parti mid-duo Yazmin & James illum qed tiċċelebra għeluq il-25 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-13 ta’ Mejju tal-1995.

Ritratt: Facebook/XFactorMalta

Fost il-messaġġi li rċeviet illum f’okkażjoni ta’ għeluq sninha kien hemm dak ta’ ommha Rosette li tellgħet ukoll ritratti ta’ Yazmin meta kienet għadha ċkejkna.

“Sa mll-ewwel ġurnata inti saħħart lil kulħadd b’dawk l-għajnejn, bit-tbissima kontaġjuża tiegħek, bil-personalità ħelwa tiegħek. Int kont it-tifla perfetta, dejjem kuntenta, rari tibki, u dejjem tqum bi tbissima. Kulħadd kien dejjem irid “jisselfek” biex ikun jista’ jqatta’ ftit ħin miegħek”.

Awguralha wkoll Keith Farrugia, magħruf bħala DJ Panelli, li huwa wkoll l-għarus ta’ YAzmin fejn wegħdha li se jkunu qed jiċċelebraw dan il-jum meta jgħaddi dan il-perjodu li ninsabu fih.

Il-koppja qed tippjana li tiżżedwweġ aktar tard din is-sena.

Nawguraw lil Yazmin l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.