“Dejjem ħsibt li dawn l-affarijiet jiġru biss lil ħaddieħor” – Aurelio

Kont naħseb li jien invinċibbli. Kont nemmen li kelli ħajja tal-għaġeb. Ħafna drabi naħdem bla waqfien mit-Tnejn sal-Ħadd, nagħmel dak li nħobb u nagħmel il-flus, nikkonvinċi ruħi li għandi iktar opportunitajiet biex inqatta’ ħin ta’ kwalità mal-maħbubin tiegħi u nagħmel ħin għalija nnifsi. Dejjem ħsibt “dawn l-affarijiet jiġru biss lil ħaddieħor”. Imma l-verità hi li jien “l-oħrajn”; aħna “l-oħrajn”! Aħna m’aħniex invinċibbli u rridu niżguraw li ngħixu ISSA!” hekk jgħid il-messaġġ ta’ maestro Aurelio Belli li bħalissa jinsab rikoverat fl-isptar Mater Dei wara li nhar il-Ġimgħa li għaddiet iddaħħal l-isptar għal intervent delikat mediku.  Kienet proprju l-mara tiegħu, il-kantanta Gloriana Arpa Belli li aġġornatna dwar il-qagħda tiegħu li kienet stabbli wara l-intervent li sar.

Maestro Belli rringrazzja lill-familja tiegħu u l-ħbieb għall-għajnuna, l-appoġġ u t-talb.

“Inwiegħdkom li se nagħmel l-almu tiegħi biex inkun lura aktar b’saħti minn qatt qabel,” temm jgħid il-messaġġ ta’ Maestro Belli.

I thought I was INVINCIBLE! I went on believing I had a great life. Most times working non-stop from Monday to Sunday,…

Posted by Aurelio Belli on Wednesday, September 16, 2020

Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Aurelio.