“Dejjem hemm biex nagħtik l-appoġġ tiegħi” – Raissa lil Leighton

Ritratt: Facebook/RaissaGrech

L-attriċi Raissa Grech li naraw fis-sensiela Klassi Għalina awgurat lil żewġha Leighton Grech wara li ħarġet fil-pubbliku l-aħbar li hu sar l-iktar akkwist riċenti ta’ Marsa FC. Ġie rrapportat li hu ffirma kuntratt għal sena.

Il-winger se jkompli jsaħħaħ it-tim li diġa’ għandu għadd ta’ plejers ta’ esperjenza.

Grech kien beda fil-futbol fl-2007 flimkien mal-Hibernians F.C. u wara lagħab ma’ Qormi F.C., Senglea Athletic F.C, Birkirkara F.C, Vittoriosa Stars, Floriana F.C. u Prembroke Athletha FC. Fl-istaġun li għadda Grech lagħab għal Santa Lucia.

“Awguri. Jien dejjem hemm biex nagħtik l-appoġġ tiegħi,” kitbet fuq Facebook Raissa, li nafuha bħala Whitney fis-sensiela Klassi Għalina.

Ritratt: Facebook RaissaGrech / Replay

Leighton u Raissa saru ġenituri għall-ewwel darba f’APril li għadda meta kellhom tifla, Layla Reeve.