Dehriet differenti għal Barbie

Wara 57 sena minn meta l-pupa Barbie spiċċat f’id kull tifla, issa ħadet xejra oħra milli nafuha s-soltu.
Lil hinn mill-pressjoni tas-soċjetà u tal-kompetituri, Barbie issa għandha qgħada ta’ tfajla b’għażla ta’ figuri differenti.
B’dehra twila jew qasira, irqiqa jew imbaċċa u b’karnaġġjon differenti, il-kumpanija għażlet li telimina d-dehra ideali li ta’ spiss tiġi stampata fuq it-televiżjoni.
Il-pupi ħarġu fis-suq ilbieraħ u l-moħħ wara dan it-tibdil kien Project Dawn.