Dehra ġdida lil-lukanda Victoria f’Ta’ Sliema

Il-lukanda Victoria f’Ta’ Sliema għadha kemm kienet rinovata b’investiment ta’ miljun ewro bil-għan li tistabbilixxi lilha nnifisha mill-ġdid mal-lukandi ewlenin t’erba’ stilel f’Malta.
Ix-xogħol kien jinkludi dehra ġdida liż-żona tar-reception, għamara ġdida f’partijiet differenti tal-lukanda, inkluż il-bar u r-restorant.
Kien ukoll imtejjeb is-servizz tal-Wi-Fi biex ikun aċċessibbli f’kull parti tal-lukanda.
Xogħlijiet oħra taw riżultat mill-isbaħ fil-kmamar li jakkomodaw lill-klijenti, issa f’atmosfera iktar friska u moderna b’servizzi li jinkludu Smart TV.
Il-lukanda hi kommessa tibqa’ toffri l-aqwa servizz possibbli lill-klijenti, li ilha snin twal magħrufa għalih.