Dehra ġdida għal-logo tal-Isport Malta Awards

L-Għaqda Ġurnalisti Sports flimkien ma’ Sport Malta nedew logo ġdid għall-Isport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ftit iktar minn xahar qabel l-avveniment.
Il-logo iddisinjat fuq it-trofew tradizzjonali tal-Isportiv tas-Sena, ingħata dehra ġdida mid-disinjatur Samuel Agius Livori. Fih hemm il-kulur aħmar, sinonimu ma’ Sport Malta u d-disinn jirrapreżenta l-attività sportiva u l-pinna tal-ġurnalisti li jwasslu lill-pubbliku l-avvenimenti sportivi nazzjonali.
Għal din is-sena is-serata tal-iSport Malta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, se tittella' nhar is-Sibt 17 ta' Frar fis-Sala tal-Konferenzi, f'Dar il-Mediterran, fil-Belt Valletta. Is-serata se tkun imxandra diretta fuq l-istazzjon TVM2.