Deħlin għall-elezzjonijiet b’tim b’saħħtu – Fearne

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt reċeviment mal-imsieħba soċjali u membri tal-midja fil-bidu ta’ sena ġdida qal li l-Partit Laburista se jidħol għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali b’mod qawwi u b’tim b’saħħtu.

Huwa qal li l-midja hija importanti għad-demokrazija u l-proċesss elettorali u rringrazzjaha tax-xogħol li għamlu.Huwa ħeġġeġ biex kulħadd għandu jagħraf li għalkemm il-partiti politiċi għandhom viżjonijiet differenti dan għandu jkun forza għat-tajjeb.

Id-Deputat Prim Ministru semma li l-Partit Laburista fil-Gvern irid li jinżamm ir-ritmu li qabad il-pajjiż u ddeskriva lill-gvern bħala pro-business għax huwa s-sigriet tat-tkabbir ekonomiku. Fearne żied li l-gvern irid jiżgura kwalità ta’ ħajja mhux flus biss u semma li għalhekk għaddejjin diversi proġetti fl-oqsma differenti.