Defoe jipprova jikkalma lin-nies milli jixtru żżejjed

Jermain Defoe faħħar il-ħidma tal-NHS u ħeġġeġ lin-nies biex jikkunsidraw xi bżonnijiet jista’ jkun li għandhom l-istaff mediku meta jmorru jagħmlu x-xirja. Qed ikun irrappurtat li minħabba l-epidemija tal-coronavirus il-ħaddiema tal-NHS mhux qed isibu jixtru l-ikel neċessarju u l-affarijiet l-oħra li jistgħu jiġu bżonn minħabba li ħaddieħor qed ibattal is-supermarkets bil-paniku.

Sakemm l-istaff mediku qed jispiċċa x-xift, qed isibu l-ħwienet vojta mill-prodotti, u uħud mis-supermarkets introduċew sigħat apposta għall-ħaddiema tal-NHS u l-anzjani biss. Dawn huma fost l-aktar nies li għandhom bżonn li jingħataw in-nutrijenti meħtieġa.