Defiċit ta’ €96 miljun fl-ewwel 4 xhur tas-sena

euro

Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra deficit ta’ kważi €96 miljun.
Stqarrija mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qalet li dan d-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn €8 miljun filwaqt li n-nefqa żdiedet ukoll b’€125 miljun. Dan fisser bidla negattiva fil-Fond Konsolidat tal-Gvern ta’ €117 miljun.
L-NSO spjega li d-dħul mit-taxxi żdied bi ftit inqas minn €50 miljun, u bl-istess mod żdiedu l-kontribuzzjonijiet mis-sigurtà soċjali, liċenzji, ċitazzjonijiet, rifużjonijiet u dividends fuq l-investimenti.
Sal-aħħar t’April ta’ din is-sena, id-dejn tal-Gvern kien ta’ €5,381 miljun, li niżel b’€232 miljun meta mqabbel mal-istess perijodu tas-sena ta’ qabel.