Deeney ta’ Watford jitlef penalty fil-logħba kontra Tottenham

Troy Deeney ta’ Watford tilef penalty fil-logħba kontra Tottenham. Il-logħba spiċċat f’parità mingħajr gowls. Paulo Gazzaniga qabeż fil-baxx biex xellef il-ballun ta’ Deeney wara li Jan Vertonghen laqat il-ballun b’idu fil-kaxxa fit-tieni taqsima.

Il-gowler ta’ Watford Ben Foster salva x-xuttijiet ta’ Nathaniel Chalobah u Lucas Moura fl-ewwel taqsima. Għat-tim ta’ Mourinho din kienet ir-raba’ logħba tagħhom mingħajr rebħa.

Deeney kellu ċans tajjeb bir-ras iżda l-ballun spicca eżatt f’idejn Gazzaniga.

Watford daħlu lil Ignacio Pussetto, li għamel id-debutt tiegħu għall-klabb. Pussetto rnexxielu jtajjar minn fuq il-linja l-attentat ta’ Erik Lamela lejn tmiem il-logħba. Pussetto li mexa minn ma Udinese għal ma’ Watford għal aktar min €7 miljun, kien ilu jilgħab ftit minuti meta għamel attentat biex salva l-ballun minn fuq il-linja.

Watford li kienu fil-qiegħ tal-klassifika qabel ma ħa r-riedni Nigel Pearson, imxew għas-16-il post. Spurs qegħdin fis-seba’ post.

Riżultati oħra:

Arsenal 1-1 Sheffield United

Brighton & Hove Albion 1-1 Aston Villa

Manchester City 2-2 Crystal Palace

Norwich City 1-0 AFC Bournemouth

Southampton 2-3 Wolverhampton Wanderers

West Ham United 1-1 Everton