Deeney msemmi ma’ Newcastle

L-attakkant ta’ Watford Troy Deeney f’dawn l-aħħar jiem qed jissemma li jista’ jingħaqad ma’ Newcastle United.
Madankollu pront tkellem il-kowċ tal-Hornets Marco Silva illi ċaħad dan l-għidut hekk kif l-intenzjoni tiegħu hi li jżomm lil dawk il-plejers illi għandhom irwol importanti fit-tim.
Meta tkellem dwar Deeney, il-kowċ Portugiż ta’ 40 sena qal illi mhux faċli li minn għaxar partiti, il-plejer jilgħab biss tlieta minnhom minħabba illi f’ħafna minn dawn il-ġimgħat kien imweġġa’.
Meta reġa’ ġie mistoqsi jekk Deeney hux veru sejjer ma’ Newcastle, Silva tenna illi dan hu fundamentali għat-tim u mhux ser iħallih jitlaq aktar u aktar għax ilu mal-klabb sa mis-sena 2010.
Rapporti fil-gazzetta The Sun qalu illi Deeney minkejja kollox ser jitlaq lil Hornets ,b’postu jista’ jieħdu Benik Afobe.