Deeney jattira l-interess ta’ West Ham

Il-ġurnal influwenti Ingliż The Sun qed jirrapporta illi l-objettiv ta’ West Ham Daniel Sturridge jidher ferm diffiċli illi jasal minħabba xi komplikazzjonijiet illi nqalgħu.
Jidher illi d-diriġenti tal-Hammers u ta’ Liverpool qed isibu problema illi jiftiehmu fuq ċerti kriterji u bil-mod il-mod hekk kif dan is-suq tat-trasferimenti fadallu biss tlett ijiem id-diriġenti tat-tim ibbażat fi Stratford, Londra qed jaqta’ qalbu illi jistgħu jaslu għal xi tip ta’ soluzzjoni.
B’hekk West Ham ġiethom idea oħra fl-attakk hekk kif xeħtu għajnejhom fuq il-plejer ta’ Watford Troy Deeney. Dan il-plejer għandu 29 sena u ilu tmien snin mal-klabb u skorja 102 gowl f’295 partita li lagħab magħhom.
Ma’ West Ham hemm ukoll Stoke City u Brighton interessati għal Deeney.