Deċiżjoni dwar l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa nhar it-Tlieta

Posposta d-deċiżjoni dwar l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa għas-summien, wara li ma tteħditx ilbieraħ.
Nhar it-Tlieta li ġej il-Kumitat Ornis se jkun qed jiddeċiedi dwar l-istaġun tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa għal din is-sena.
Dan wara li membri oħra fl-istess Kumitat oġġezzjonaw u pproponew dati differenti hekk li kienu proposti mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK).
L-FKNK proponiet li l-istaġun jiftaħ mill-10 sat-30 ta’ April biż-żewġ ġranet inklużi.