Deċiż li se jsir is-summit bejn l-Istati Uniti u l-Korea ta’ Fuq

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, iddeċieda li jerġa’ jieħu lura kelmtu u jkompli bil-preparamenti għas-summit mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un.
Is-summit se jsir fit-12 ta’ Ġunju f’Singapore bħala pass sabiex jiġi eliminat il-programm nukleari fi Pyongyang.
Din id-deċiżjoni ġiet tmient ijiem wara li Trump stess kien iddeċieda li jikkanċella s-summit wara numru ta’ kummenti “ostili” minn Pyongyang.
Ftit qabel ma ħabbar din id-deċiżjoni, Trump kellu laqgħa ma’ eks-Kap tal-intelliġenza militari tal-Korea ta’ Fuq, Kim Yong Chol.
Ritratt: Reuters