L-Ornis jirrakkomanda d-dati tal-istaġun tal-kaċċa għar-rebbiegħa

Il-Kumitat Ornis irrakkomanda li l-istaġun għall-kaċċa fir-rebbiegħa jkun mill-5 sal-25 ta’ April, biż-żewġ ġranet inklużi.
Dan ġie deċiż mill-Kumitat Ornis f’laqgħa li saret illum.
Is-sena l-oħra, l-istaġun tal-kaċċa fir-Rebbiegħa fetaħ bejn il-25 ta’ Marzu u l-14 ta’ April.
Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonijisti (FKNK) kienet proponiet li l-istaġun jiftaħ mill-10 sat-30 ta’ April.