Deċiż il-futur ta’ Telmo f’Una Vita

Ritratt: Boomerang TV

Minn din il-ġimgħa jonqsu l-ammont ta’ puntati ta’ din is-soap opera Spanjola.

Bejn l-10 u s-16 ta’ Novembru Una Vita se jixxandar illum il-Ħadd fis-2.30pm u mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-2.10pm.

Is-Sibt mhux se jkomplu jixxandru aktar puntati minħabba li se jibda staġun ġdid ta’ Amici filwaqt li jonqsu wkoll il-puntati li jixxandru filgħaxija fuq Rete 4.

Il-Ħadd 10 ta’ Novembru

Ix-xhieda ta’ Lucia hija biżżejjed biex twassal lil Telmo biex jiġi kkundannat u fil-fatt it-tribunal Ekkleżjastiku jiddeċiedi li jibagħtu fuq xogħol missjunarju f’Khartum.

It-Tnejn 11 ta’ Novembru

Raul jiddeċiedi li jitlaq minn Acacias.

It-Tlieta 12 ta’ Novembru

Carmen thedded lil Ursula meta ssir taf li laqgħet lil Raul.

L-Erbgħa 13 ta’ Novembru

Mingħajr il-protezzjoni ta’ Telmo, Ursula tirrealizza li tinsab fil-periklu.

Il-Ħamis 14 ta’ Novembru

Kulħadd għajr Lucia u Samuel jilqgħu lil Padre Telmo.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru

Ritratt: Boomerang TV

Flora tinsa konvinta aktar minn qatt qabel li Pena se jisaqsiha biex tiżżewwġu.