Decelis x’se jgħidilha lil Manwela?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa, Decelis x’se jkun qed jgħid lil Manwela u għaliex din se taħseb li nqabdet f’dak li kienet għamlet?

Brenda toħroġ fit-triq biex iċċempel. Iżda min kien qed jissemma? Kif se tħossha Manwela wara dak li kienet ġarrbet? Għaliex qed jinkwetaw għaliha? Fejn se tmur?

U Winnie x’se tisma’ fuq il-mowbajl ta’ Gloria?

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa bi produzzjoni at’ Rewind. Jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq l-istazzjon Melita More, Channel 315.