Deborah Schembri tinħatar Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar

Deborah Schembri nħatret Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva wara li lbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat aċċetta r-riżenja ta’ Michael Falzon wara r-rapport tal-Awditur Ġenerali.
Hija nħatret fil-kariga ta' Segretarju Parlamentari waqt ċerimonja li saret fil-Palazz fil-Belt Valletta fil-preżenza tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Avukat Ġenerali.
Deborah Schembri hija avukat u għandha 39 sena.
Ġiet eletta deputat parlamentari f’isem il-Partit Laburista wara li kkontestat b’suċċess l-elezzjoni ġenerali tal-2013.
Hija wkoll iċ-Ċerpersin tal-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali fil-Parlament.
Ir-responsabbilitajiet tas-Segretarjat Parlamentari ta’ Deborah Schembri jinkludu id-Dipartiment tal-Artijiet u l-MEPA.

Ritratt: DOI – Pierre Sammut