Debbie Scerri u Aldo Busuttil f’kunċert mal-Banda Stella Maris

Xalata ta' mużika moderna u klassika taħt id-direzzjoni ta' Michael Pulis se tiġi offruta mis-Soċjetà Filarmonika Stella Maris f'kunċert orkestrali tal-Milied
Il-kunċert se jsir il-Ġimgħa 18 ta' Diċembru, fis-7pm, fil-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris.
Flimkien mal-orkestra se jieħdu sehem ukoll il-kantanti Debbie Scerri u Aldo Busuttil.
Id-dħul hu b’xejn u l-bibien jiftħu fis-6:40pm.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 79445778.