De Vrij jingħaqad ma’ Inter b’xejn

Stefan De Vrij ingħaqad ma’ Inter Milan meta ffirma kuntratt ta’ ħames snin sabiex temm l-esperjenza tiegħu ma’ Lazio li damet erba’ snin.

Id-difensur ċentrali Olandiż lagħab 36 darba fis-Serie A ma’ Lazio matul l-istaġun l-għadda u skurja sitt darbiet. Hu mistenni jsaħħaħ id-difiża tat-tim immexxi minn Luciano Spalletti li se jipprova jimxi pass ’il quddiem wara r-raba’ post fil-klasifika.

L-Inter ikkonfermaw ukoll l-akkwist tal-plejer ta’ 29 sena Kwadwo Asamoah li telaq lill-Juventus wara li rebaħ 6 titli tas-Serie A kif ukoll erba’ edizzjonijiet tal-Coppa Italia.

Miġjub lilek minn Hublot