De Rossi jingħaqad ma’ Boca Juniors

EPA

L-eks midfielder ta’ Roma, Daniele de Rossi ingħaqad mat-tim Arġentin Boca Juniors. It-Taljan u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja ħalla lill-ġganti tas-Seria A fl-aħħar tal-istaġun li għadda. Hu għamel il-karriera professjonali kollha ma’ Roma.

De Rossi rnexxielu jiskurja 63 gowl f’616-il logħba li lagħab ma’ Roma. S’issa kien biss Francesco Totti li rnexxielu jilgħab aktar minnu ma’ Roma b’total ta’ 768 logħba. De Rossi ċaħad l-opportunità biex isir direttur ma’ Roma għax qal li jħoll għad għandu x’joffri bħala plejer u xtaq li jesperjenza avventura ġdida mat-tim Arġentinjan.