De Ligt ikompli jissemma ma’ Tottenham

L-isem taż-żagħżugħ Olandiż Matthijs De Ligt qed jissemma’ mhux ftit fil-kurituri tal-klabb tal-Premier League Ingliż Tottenham Hotspurs.
Jidher illi The Spurs qed jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex jakkwistaw lill-plejer ta’ 18-il sena. Huma qegħdin joffru s-somma ta’ €45 miljun lil Ajax sabiex jiksbu l-firma tiegħu.
De Ligt huwa difensur ċentrali u lagħab ma’ Ajax 42 darba filwaqt li sab ix-xibka sitt darbiet.
Dan il-plejer ġie msejjaħ ukoll ħames darbiet mat-tim nazzjonali Olandiż.