De Ligt bl-ewwel gowl għal Juve: biżżejjed biex kisbu 3 punti

L-ewwel gowl ta’ Matthijs De Ligt għal Juventus kien biżżejjed biex jirbħu l-logħba kontra Torino fid-derby della Mole.

Il-logħba kienet fil-maġġoranza tagħha bbilanċjata. Kienu Torinu li bdew fuq nota tajba, iżda baqgħu ma rnexxielhomx jagħmlu ħajjet il-gowler ta’ Juve Wojciech Szczesny diffiċli. 20 minuta bogħod minn tmiem il-logħba, De Ligt ippużizzjona ruħu tajjeb fil-ħin it-tajjeb biex skurja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Juve.

Torino rebħu biss darba mill-aħħar 26 logħba kontra Juventus fis-Serie A. Riżultat ta’ dan Juventus telgħu fil-quċċata tal-klassifika b’punt wieħed biss aktar minn Inter. Inter irnexxielhom jirbħu kontra Bologna aktar kmieni ilbieraħ u Torino baqgħu ma rebħux logħba fl-aħħar sitt logħbiet li lagħbu.

Riżultati oħra:

Roma 2-1 Napoli

Bologna 1-2 Inter