De Gea mhux għall-bejgħ

Il-maniġer Portugiż ta’ Manchester United, Josè Mourinho wissa liċ-champions Ewropej Real Madrid li l-goalkeeper Spanjol David De Gea mhuwiex għall-bejgħ. 
Il-goalkeeper Spanjol fadallu biss 18-il xahar mill-kuntratt tiegħu mar-Red Devils, kuntratt li b’kollox kien twil erba' snin, li hu kien iffirma f’Settembru tal-2015.