De Gea jrid jitlaq lil Man Utd

Il-gazzetta Ingliża The Daily Star ippublikat artiklu fejn qalet illi l-gowlkiper preżenti ta’ Manchester United David de Gea saqsa lill-klabb tiegħu sabiex iħalli Old Trafford matul is-sajf illi ġej wara li allegatament kellu taħditiet ma’ xi rappreżentanti tal-ġganti Spanjoli Real Madrid.
De Gea ilu jissemma’ li se jitlaq lir-Red Devils u saħansitra fis-sena 2015 kien ferm viċin illi jingħaqad mal-Merengues iżda fl-aħħar minuta dan kollu ma mmaterjalizzax.
Skont il-gazzetta The Daily Star, il-gowlkiper Spanjol jinsab imdejjaq bit-tmexxija ta’ Jose Mourinho u jrid ibiddel l-ambjent tiegħu.