De Filippi tathom tkaxkira

Can Yaman ma' Maria De Filippi

Minn statistika li ħarġet mill-Auditel, li tkejjel kemm hemm nies jaraw il-programmi televiżivi fl-Italja, ħareġ biċ-ċar li nhar is-Sibt li għadda mhux talli l-programm C’è Posta per Te ġie fuq quddiem nett minn fost il-programmi tal-ġurnata, iżda fil-fatt ġera waħda u sew bil-programmi kollha tal-ġurnata, jekk mhux ukoll tal-ġimgħa kollha!

In-numru huma mill-aktar sorprendenti u qabbli lanqas De Filippi stess ma kienet qegħda tistennihom. Dan għaliex nhar is-Sibt li għadda l-programm C’è Posta per Te laħaq 30.9% tal-udjenza televiżiva, li tissarraf f’5,914,000 telespettatur.

Huwa numru kbir ħafna meta t-tqis li t-tieni programm l-aktar segwit tas-Sibt li għadda kien Meraviglie li kiseb 17.7% tal-udjenza, jew aħjar 3,829,000 telespettatur.

U b’distakk akbar fit-tielet post insibu li t-tielet programm l-aktar segwit kien dak tar-Rai Due li xandar is-sensiela FBI, li ġibed 5.8% tat-telespettaturi li tissarraf f’1,374,000.

Għal De Filippi s-Sibt li għadda kien success ikbar mis-Sibt ta’ qabel meta kien ixxandar l-ewwel programm, meta fil-11 ta’ Jannar, l-ewwel programm fl-istaġun il-ġdid kien laħħaq 30.2% tat-telespettaturi.

Maria De Filippi ma’ Johnny Depp

Fl-ewwel programm hija kellha mistieden lil Johnny Depp filwaqt li s-Sibt li għadda kellha lill-attur Tork Can Yaman li fis-sajf li għadda kiseb suċċess permezz tas-sensiela Torka Bitter Sweet li kienet ixxandret fuq l-istess stazzjon.