De Bruyne jsofri injury fl-irkoppa

Il-plejer ta’ Manchester City Kevin De Bruyne se jqatta’ tliet xhur ‘il bogħod mill-grawnds wara li weġġa’ f’sessjoni ta’ taħriġ. Il-midfielder kreattiv Belġjan ma ħax sehem fi 12-il logħba fl-2016 wara li weġġa’ l-istess irkoppa kontra Everton.

De Bruyne għen lit-tim nazzjonali Belġjan jikseb it-tielet post fit-Tazza tad-Dinja li seħħet matul is-sajf u kien wieħed mill-aqwa plejers għal Manchester City hekk kif fl-istaġun li għadda skurja 12-il gowl u pprovda 21 assist. L-eks plejer ta’ Chelsea u Wolfsburg huwa mistenni jitlef il-logħbiet kontra Liverpool, Tottenham u Manchester United kif ukoll l-ewwel partiti fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.