De Bruyne irrabjat bil-kundizzjoni tal-grawnd

Kevin de Bruyne kien irrabjat mhux ftit għall-kundizzjoni tal-grawnd ta’ Sarajevo meta lagħab għal Belġju fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja kontra l-Bosnja-Herzegovina.
L-istilla ta’ Manchester City laqqam dan il-grawnd bħala l-agħar wieħed li qatt lagħab fih u qabblu ma’ għalqa fejn kien jilgħab hu meta kellu seba’ snin.
Tant kienet ħażina l-kundizzjoni tal-grawnd illi beda jibża li ser iweġġa’.
Fl-aħħar mill-aħħar, it-tim Belġjan rebaħ din il-partita barra minn daru bl-iskor ta’ 4-3 bil-plejer Yannick Carrasco jiskorja l-gowl rebbieħ fl-aħħar minuti talpartita.