DC United fil-futur ta’ Rooney?

Il-kowċ ta’ Everton Sam Allardyce, stqarr li seħħet diskussjoni dwar il-possibbiltà li l-attakkant ta’ 32 sena Wayne Rooney jingħaqad ma’ DC United fl-Amerka.
Allardyce żied jgħid li Rooney ma talabx lill-klabb biex jitlaq u li qatt ma kien hemm problemi bejniethom minn meta l-eks kowċ ta’ Crystal Palace, Sunderland u West Ham issieħeb ma’ Everton f’Novembru li għadda. Rooney irritorna ma’ Everton wara 13-il sena ma’ Manchester United fejn rebaħ bosta unuri kemm fl-Ingilterra u anke fl-Ewropa. Matul dan l-istaġun in-numru 10 ta’ Everton skorja 10 gowls f’31 logħba fil-Premier League.