DayDreamer ikompli mil-lum

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Wara waqfa ta’ ġimgħa, mil-lum it-Tnejn, kuljum fit-2.45pm Canale 5 se jxandar l-episodji l-ġodda mis-sensiela DayDreamer b’Can Yaman fil-parti ewlenija.

Mekvibe tinsab l-isptar biex issirilha operazzjoni biex jitneħħa ċ-ċurkett li bi żball belgħet wara li Nihat kien ħbieħ fl-ikel biex jagħtiha sorpriża. Ayhan hi deċiża li tikkonvinċi lil Ceycey biex jitgħarras magħha. Għaldaqstant biex iġġiegħlu jgħir, tilagħbha li se titgħarras ma’ Muzaffer.

Fl-aġenzija Luna Park jiġi mwaqqaf grupp biex jagħżel kampanja pubbliċitarja għal klijent. Sanem jitkellem ma’ Emre dwar l-alleanza tagħhom kontra Can mingħajr ma jinduna li Can ikun qiegħed jisma’ kollox.

Programmi oħra wara nofsinhar fuq Canale 5:

13.40 Una Vita

15:30 Il Segreto

16:30 Love On Ice – Film

Is-sensiela Beautiful se tkun qed tirritorna mit-Tnejn 24 ta’ Awwissu fis-1.40pm.