Ritratti: DayDreamer fil-ħin ta’ filgħaxija

Ritratt: GLOBAL TELIF HAKLARI YAPIMCILIK TIC. A.S/ Uffiċju stampa Mediaset

Għall-iskeda tal-ħarifa, Canale 5 se jkun qed jagħmel xi tibdil fil-programmi tiegħu hekk kif fil-ħin ta’ wara nofsinhar, min-nhar it-Tnejn 6 ta’ Settembru se jirritorna l-programm Uomini e Donne ta’ Maria De Filippi.

B’hekk se tinqala’ mill-ħin ta’ wara nofsinhar it-telenovela Torka DayDreamer b’Can Yaman fil-parti ewlenija.

L-aħħar puntati fil-ħin ta’ wara nofsinhar se jixxandru s-Sibt 5 ta’ Settembru fis-2.10pm. Dakinhar mistennija jixxandru żewġ puntati wara xulxin.

Konxji mis-suċċess ta’ din il-produzzjoni, Canale 5 qed jippjana li jkompli għaddej bl-episodji ta’ din is-sensiela popolari billi jxandarha fil-ħin ta’ filgħaxija. Madanakollu mhux se jkun appuntament ta’ kuljum.

Filfatt mill-informazzjoni li ksibna, din se tkun qed tixxandar f’serata filgħaxija bl-ewwel appuntament it-Tnejn 7 ta’ Settembru mid-9.20pm ‘il quddiem. Dejjem jekk ma jkunx hemm tibdil fl-iskeda, Canale 5 mistenni jxandar tlett puntati wara xulxin.

Intant l-iskeda ta’ Canale 5 mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7 ta’ Settembru mistennija tkun kif ġej:

08.45am  Mattino Cinque

11.00am Forum

1.00pm  TG Com

1.40pm Beautiful

2.10pm Una Vita

2.45pm Uomini e Donne

4.10pm Il Segreto – puntati ġodda

5.10pm  Pomeriggio Cinque

6.45pm Caduta Libera

8.00pm TG 5

8.40pm  Paperissima Sprint