Dawn it-tlieta llum jiċċelebraw għeluq sninhom

Awguri lil dawn it-tlett personalitajiet li llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom.

Larissa Bonaci hi wiċċ ieħor familjari. Ukoll qed tiċċelebra għeluq sninha. Twieldet fis-26 ta’ Frar 1987. Illum qed tiċċelebra għeluq it-33 sena tagħha. Larissa hi magħrufa ferm għax-xagħar nokkli tagħha u ħadmet ukoll f’bosta sensiliet lokali fosthom La Farfalla u Dotoressa Whatever. Ħadet sehem ukoll f’bosta produzzjonijiet barrannin  bħal 13 Hours, Adormidera u l-film tal-Canale 5 Souvenirs bħala parti mis-serje 6 passi nel giallo. Bonaci dehret ukoll fil-films Saul: The Journey to Damascus u Ħabbilni Ħa Nibaħ.

Carlos Debattista illum qed jagħlaq 48 sena. Jifforma parti mit-tim ta’ Take2 Entertainment l-imħuħ wara bosta sensiliet ta’ success fosthom Min Imissu? u dan l-aħħar Merjen. Fost il-produzzjonijiet l-oħra li kien involute fihom insibu Deċeduti, Miraklu u l-film Limestone Cowboy.

Rebecca Dimech tas-sensiela L-Għarusa wkoll qed tiċċelebra għeluq sninha. Twieldet bħal-lum fl-1986. Illum qed tiċċelebra għeluq is-36 sena tagħha. Hija wkoll mudella. Konna rajnieha wkoll fis-sensiela Deċeduti u fuq l-istazzjon tar-RAI dehret ukoll fis-sensiela Il Commissario Rex.

Awguri lil dawn it-tlett personalitajiet.