Dawn it-tlieta llum jagħlqu sninhom

Awguri lil dawn it-tlett personalitajiet li llum qed jiċċelebraw għeluq sninhom.

Janice Mangion ukoll qed tiċċelebra għeluq il-31 sena tagħha. Bla dubju tibqa’ assoċjata mal-kanzunetta Kewkba li kienet ħadet sehem biha fil-Malta Eurovision Song Contest. Rajnieha wkoll f’festivals oħra fosthom il-Malta Hit Song Contest, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza u L-Għanja tal-Poplu.

L-attriċi Maryann Muscat li nafuha f’sensiliet bħal Għada Jisbaħ Ukoll, Oops, Aħn’ aħna jew m’aħniex, Villa Sunset u Santa Monika għamlet appell permezz tal-paġna tagħha fuq Facebook biex dawk li jixtiequ jiċċelebraw dan il-jum magħha jagħtu donazzjoni lin-National Multiple Sclerosis Society. Wieħed jsita’ jagħmel dan billi jidħol fil-paġna tagħha.

Ukoll qed tiċċelebra għeluq sninha l-kantanta Jessika Muscat. Hija twieldet bħal-lum fl-1989 u llum qed tiċċelebra għeluq il-31 sena tagħha. Hija l-iżgħar fost tlett ulied ta’ Francis u Joan Muscat (Nèe Farrugia). Ħadet sehem f’festivals f’Malta u anki barra minn xtutna bħall-Bulgarija u l-Italja. Rajnieha wkoll fil-Malta Eurovision Song Contest. Fl-2018 irrappreżentat lil San Marino fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta ho We Are. Hija wkoll attriċi u kienet tinterpreta lil Emma fis-sensiela Ħbieb u Għedewwa.

Nawgurawlhom ġurnata mill-isbaħ!