Dawn il-maskri ma jipproteġukx mill-coronavirus

Read in English.

L-Awtorità tal-Konsumatur (MCCAA) ippubblikat dokument fejn fih niżżlet diversi maskri li mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jipproteġu lil dawk li jilbsuhom kontra mard infettiv bħal coronavirus.

Din il-maskra tad-ditta Garry Galaxy m’għandhiex materjal b’saħħtu biżżejjed biex jipproteġi milli jgħaddu l-mikrobi. Minħabba f’hekk jaf jgħaddu numru eċċessiv ta’ partiċelli u mikroorganiżmi li jistgħu jżidu r-riskju ta’ infezzjoni jekk ma jkunx hemm għodda jew ilbies ieħor li jgħin fil-protezzjoni tal-bniedem. Il-prodott b’hekk ma jaqbilx mal-istandars tal-Personal Protective Equipment Regulation u lanqas mal-istandards Ewropej. Kull min għandu dawn it-tip ta’ maskri għandu jirritornahom.

Il-maskri tat-tip KN95, minkejja li jistgħu jinbigħu, m’għandhomx ċertifikazzjoni bħala ilbies protettiv. B’hekk il-prodott jaf ma jkunx qed jilħaq ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà li jipproteġu b’mod adegwat. L-awtoritajiet qed jitolbu sabiex ma jkunx hemm reklamar ta’ dawn it-tip ta’ prodotti.

Il-maskri tat-tip 9501V tad-ditta 3M, minkejja li jistgħu jinbigħu, m’għandhomx ċertifikazzjoni bħala ilbies protettiv. B’hekk il-prodott jaf ma jkunx qed jilħaq ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà li jipproteġu b’mod adegwat. L-awtoritajiet qed jitolbu sabiex ma jkunx hemm reklamar ta’ dawn it-tip ta’ prodotti.

Maskri bħal dawn t’hawn fuq, minkejja li jistgħu jinbigħu, m’għandhomx ċertifikazzjoni bħala ilbies protettiv. B’hekk il-prodott jaf ma jkunx qed jilħaq ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà li jipproteġu b’mod adegwat. L-awtoritajiet qed jitolbu sabiex ma jkunx hemm reklamar ta’ dawn it-tip ta’ prodotti.

Il-maskri tad-ditta Sinpul, tat-tip KN95 m’għandhomx ċertifikazzjoni biex jintużaw bħala lbies protettiv. Dan minkejja li għandhom il-marka CE. Dan minħabba li l-prodott mhux b’saħħtu biżżejjed biex jipproteġi kontra l-mard.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn