Familji Palestinjani ppreferew iwaqqgħu d-djar tagħhom

Fawzia stands on the ruins of her house, after her Palestinian ex-husband demolished the dwelling to not face the prospect of Israeli settlers moving in after he lost a land ownership case in Israeli courts, in the East Jerusalem neighbourhood of Beit Hanina, July 19, 2018. REUTERS/Ammar Awad

Read in English.

Żewġ familji Palestinjani waqqgħu d-djar li kienu ilhom jgħixu fihom għal madwar 20 sena peress li jippreferu li jwaqqgħu d-djar milli jkunu jafu li marru jgħixu fihom nies mill-Israel.

F’madwar sagħtejn, makkinarju tal-kostruzzjoni ntuża biex iwaqqa’ dawn iż-żewġt idjar fir-raħal ta’ Beit Hanina fil-limiti ta’ Ġerusalemm.

Jihad Shawamreh, xufier tat-taxis li għandu 50 sena qal li bena d-dar fis-sena 2000.

Dan it-twaqqigħ ġie fi tmiem ta’ battalja legali twila. Il-Qorti tal-Iżrael qalet li l-art li fuqha nbnew id-djar kienet taħt il-kontroll tal-Lhud mill-1974 u li d-dokumenti li ppreżentaw il-familji Palestinjani kienu foloz.

Il-familji qalu li xtraw l-art in bona fede.