“Dawn huma ġranet suwed fil-familja tagħna” – Priscilla Presley

Ritratt: Facebook/PriscillaPresley

Aktar kmieni llum Priscilla Presley kisret is-silenzju fil-familja tagħha u tkellmet għall-ewwel darba fuq il-mewt tan-neputi tagħha Benjamin Keough, bin it-tifla tagħha Lisa Marie.

Priscilla, li llum tgħodd 75 sena, u li kienet miżżewġa lil Elvis Presley iddeskriviet dan il-perjodu bħala “ġranet suwed fil-familja tagħna”.

Benjamin Keough miet b’suwiċidju nhar it-12 ta’ Lulju fl-età ta’ 27 sena.

“Bħalissa qed nipprova ngħaqqad il-biċċiet kollha flimkien. Kuljum inqum nitlob li l-affarijiet se jkunu aħjar. Imbagħad niftakar f’binti u minn dak li tinsab għaddejja minnu, u niftakar ukoll f’Danny, missier Benjamin, li jinsab kompletament mitluf peress li dan kien l-uniku tifel tiegħu.”

Priscilla, li bosta wkoll jiftakruha bħala attriċi fis-sensiela Dallas u fil-films ta’ The Naked Gun temmet il-kitba tagħha fuq il-profil tagħha billi sellmet il-memorja tan-neputi tagħha,

Ritratt: Facebook/PriscillaPresley