Dawl ġdid għall-koppla tal-Karmnu fil-Belt

New Lighting System for Our Lady of Mount Carmel Basilica Dome in Valletta officially inaugurated
DOI / Jason Borg

Read in English.

Ġiet inawgurata sistema ġdida ta’ dwal fuq il-koppla tal-Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta. Il-proġett ta’ restawr huwa parti minn investiment ta’ €700,000 li qed jitmexxa mill-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li jinkludi wkoll il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar u l-Knisja ta’ Santu Wistin.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li dan l-investiment qed jissarraf f’dehra isbaħ u li tagħti l-unur mistħoqq lill-belt kapitali.

Spjega li b’dan il-mod il-Gvern qed jinvesti mhux biss fil-koppla nnifisha iżda fil-prodott turistiku u fl-esperjenza tar-residenti.

Fuq Facebook, is-Sindku tal-Belt Valletta qal li l-kontribut li ngħata minn din il-Bażilika Beltija għall-pubbliċità turistika ġie rikonoxxut. Il-minority leader tal-Belt Valletta Christian Micallef faħħar dan il-proġett ta’ rinovar. Hu tenna jgħid li l-affarijiet hekk għandhom isiru u li l-Belt Valletta hekk jistħoqilha.